Il-Kummissjoni Ewropea
Aankondiging van een opdracht

Għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet.

Taqsima I: Awtorità kontraenti

I.1) Isem u indirizzi

Isem uffiċjali
Il-Kummissjoni Ewropea
Numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali
-
Indirizz postali
CSM 1 05/P001
Belt
Brussell
Kodiċi postali
1049
Kodiċi NUTS
BE - BELGIQUE-BELGIË
Pajjiż
BELGIQUE-BELGIË
Persuna ta’ kuntatt
Office pour les infrastructures et la logistique — Brussell
Telefown
+32 22986989
Posta elettronika
[email protected]
Faks
+32 22960570

Indirizz(i) tal-Internet

Indirizz ewlieni:   http://ec.europa.eu

Indirizz tal-profil tax-xerrej:   http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.htm

I.2) Akkwist konġunt

Il-kuntratt jinvolvi akkwist konġunt:   le

Fil-każ ta' akkwist konġunt li jinvolvi pajjiżi differenti – il-liġi nazzjonali applikabbli dwar l-akkwist:   -

Il-kuntratt qed jingħata minn korp ċentrali għall-akkwisti:   le

I.3) Komunikazzjoni

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn

l-indirizz imsemmi hawn fuq

Id-dokumenti tal-akkwist huma disponibbli għal aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ, mingħajr ħlas, fuq:   https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=2829

Offerti jew talbiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu

l-indirizz imsemmi hawn fuq

b'mod elettroniku permezz ta':   -

Il-komunikazzjoni elettronika teħtieġ l-użu ta' għodod u strumenti li mhux soltu ssibhom. Aċċess mingħajr restrizzjoni u dirett sħiħ għal dawn l-għodod u strumenti huwa possibbli, mingħajr ħlas, fuq: -

I.4) Tip ta’ awtorità kontraenti

Istituzzjoni/aġenzija Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali

I.5) Attività ewlenija

Servizzi pubbliċi ġenerali

Taqsima II: L-għan

II.1) L-għan tal-ksib

II.1.1) Titlu

Għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet.

Numru ta' referenza:   OIB.02/PO/2017/042/773.

II.1.2) Kodiċi ewlieni CPV

Kodiċi ewlieni CPV:   71000000 - Servizzi ta' perizja, kostruzzjoni, inġinerija u spezzjoni

Kodiċi supplimentari CPV:   -

II.1.3) It-tip ta’ kuntratt

Servizzi

II.1.4) Deskrizzjoni qasira

L-għan ta' dan il-kuntratt hu biex jipprovdi għajnuna teknika bit-twettiq ta' proġetti tal-bini (ir-rinnovazzjoni, l-iżvilupp mill-ġdid jew il-bini/il-bini mill-ġdid) fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet.

II.1.5) Stima tal-valur totali

Valur mingħajr VAT:   8.810.000,00

Munita:   EUR

II.1.6) Informazzjoni dwar il-lottijiet

Dan il-kuntratt huwa maqsum f’lottijiet:   iva

L-offerti jistgħu jintbagħtu għal:   il-lottijiet kollha

L-ogħla għadd ta' lottijiet li jista' jingħata lil kuntrattur wieħed:   -

L-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tagħti kuntratti li jorbtu flimkien il-lottijiet jew gruppi ta' lottijiet li ġejjin:   -


II.2) Deskrizzjoni Nru tal-lott: 1

II.2.1) Titlu

Għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet fi Brussell

Nru tal-lott:   1

II.2.2) Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK

Kodiċi ewlieni CPV:   71200000 - Servizzi ta' l-arkitettura u dawk relatati

Kodiċi supplimentari CPV:   -

II.2.3) Il-post tat-twettiq

Kodiċi NUTS:   BE - BELGIQUE-BELGIË

Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:   Fi Brussell u ż-żona tal-madwar.

II.2.4) Deskrizzjoni tal-akkwist

Il-provvista ta' għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini (ir-rinnovazzjoni, l-iżvilupp mill-ġdid jew il-bini/il-bini mill-ġdid) fl-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet, li jinvolvu prinċipalment il-binjiet okkupati jew immaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, imma ukoll dawk ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-UE li magħhom il-Kummissjoni għandha ftehim dwar il-livell tas-servizz; dawn jistgħu jkunu band'oħra fit-territorju tal-UE.

II.2.5) Kriterji tal-għoti

il-kriterji msemmija hawn taħt

II.2.6) Stima tal-valur

Valur mingħajr VAT:   6.410.000,00

Munita:   EUR

II.2.7) Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri

Tul ta' żmien f’xhur:   48

Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid:   le

Spjegazzjoni ta' tiġdidiet:   -

II.2.9) Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna

Kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ għadd limitat ta’ kandidati:   -

II.2.10) Informazzjoni dwar il-varjanti

Il-varjanti se jiġu aċċettati:   le

II.2.11) Informazzjoni dwar l-għażliet

Għażliet:   le

Deskrizzjoni ta’ għażliet:   -

II.2.12) Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi

L-offerti jridu jkunu ppreżentati fl-għamla ta' katalogi elettroniċi jew jinkludu katalogu elettroniku:   le

II.2.13) Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea

L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea:   iva

II.2.14) Informazzjoni addizzjonali

-


II.2) Deskrizzjoni Nru tal-lott: 2

II.2.1) Titlu

Għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet f'Karlsruhe

Nru tal-lott:   2

II.2.2) Kodiċi(jiet) addizzjonali tal-VKK

Kodiċi ewlieni CPV:   71200000 - Servizzi ta' l-arkitettura u dawk relatati

Kodiċi supplimentari CPV:   -

II.2.3) Il-post tat-twettiq

Kodiċi NUTS:   DE - DEUTSCHLAND

Is-sit jew post ewlieni tal-eżekuzzjoni:   Karlsruhe.

II.2.4) Deskrizzjoni tal-akkwist

Il-provvista ta' għajnuna teknika fit-twettiq ta' proġetti tal-bini (ir-rinnovazzjoni, l-iżvilupp mill-ġdid jew il-bini/il-bini mill-ġdid) fl-oqsma tal-inġinerija, l-arkitettura u l-istħarriġ dwar il-kwantitajiet, li jinvolvu prinċipalment il-binjiet tal-Kummissjoni Ewropea f'Karlsruhe (il-Ġermanja) li huma okkupati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u suġġetti għall-qafas regolatorju nukleari.

II.2.5) Kriterji tal-għoti

il-kriterji msemmija hawn taħt

II.2.6) Stima tal-valur

Valur mingħajr VAT:   2.400.000,00

Munita:   EUR

II.2.7) Tul tal-kuntratt, qafas ta' ftehim jew sistema dinamika ta' xiri

Tul ta' żmien f’xhur:   48

Dan il-kuntratt huwa soġġett għal tiġdid:   le

Spjegazzjoni ta' tiġdidiet:   -

II.2.9) Informazzjoni dwar il-limiti fuq l-għadd ta’ kandidati li ser jiġu mistiedna

Kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ għadd limitat ta’ kandidati:   -

II.2.10) Informazzjoni dwar il-varjanti

Il-varjanti se jiġu aċċettati:   le

II.2.11) Informazzjoni dwar l-għażliet

Għażliet:   le

Deskrizzjoni ta’ għażliet:   -

II.2.12) Informazzjoni dwar katalogi elettroniċi

L-offerti jridu jkunu ppreżentati fl-għamla ta' katalogi elettroniċi jew jinkludu katalogu elettroniku:   le

II.2.13) Informazzjoni dwar Fondi tal-Unjoni Ewropea

L-akkwist huwa marbut ma' proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea:   iva

II.2.14) Informazzjoni addizzjonali

-


Taqsima III: Informazzjoni legali, ekonomika, finanzjarja u teknika

III.1) Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni

III.1.1) Idoneità għall-attività professjonali, inklużi rekwiżiti relatati mar-reġistrazzjoni fuq reġistri professjonali jew kummerċjali

Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

min jitfa' l-offerta għandu jehmeż mal-offerta tiegħu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-punt III.1 'Kundizzjonijiet għas-sehem' ta' dan l-avviż u elenkati l-Anness I 'Lista ta' kontroll ta' dokumenti li għandhom jiġu kkompletati u pprovduti' lill-ispeċifikazzjonijiet.

Min qiegħed jitfa' l-offerti għandu jehmeż stqarrija solenni ffirmata kif xieraq u bid-data li turi li ma jinsabx f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li tista' żżommu milli jieħu sehem f'kuntratt mogħti mill-Unjoni Ewropea. Id-dikjarazzjoni solenni għandha tieħu l-għamla tal-mudell ippubblikat fil-paġna li ġejja, fis-sħuħija tagħha: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm

NB: min jirbaħ il-kuntratt għandu jagħti d-dokumenti li ġejjin bħala prova biex jappoġġja l-istqarrija solenni qabel l-iffirmar tal-kuntratt, inkella jitwarrab.

NB: jekk ikunu gruppi li jingħataw il-kuntratt, huma jridu jipprovdu dikjarazzjoni solenni flimkien ma' dokumenti u informazzjoni li jsostnu għal kull membru individwali.

III.1.2) Qagħda ekonomika u finanzjarja

Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist:   le

Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

— kopja tar-rendikonti finanzjarji (il-karti bilanċjali u l-kontijiet tal-qligħ u t-telf) għat-3 snin finanzjarji li għaddew, li juru l-qligħ fis-sena qabel it-taxxa. Jekk, minħabba xi raġuni valida, dak li qed jitfa' l-offerta ma jkunx jista' jagħtihom, għandu jehmeż rendikont tal-qligħ fis-sena qabel it-taxxa għal dawn l-aħħar 3 snin. Jekk ir-rendikonti finanzjarji jew l-istqarrija juru medja ta' telf matul dawn l-aħħar 3 snin, min qiegħed jitfa' l-offerta jrid jagħti aktar dokumenti bħala prova tal-ħila finanzjarja u ekonomika tiegħu, bħal garanzija xierqa minn terza entità (e.g. il-kumpanija ewlenija), stqarrijiet mingħand l-awdituri, il-professjonisti kkwalifikati li jżommu l-kontijiet jew dokumenti tal-istess tip,

— stqarrija dwar id-dħul kollu annwali matul dawn l-aħħar 3 snin finanzjarji.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

biex jintgħażlu, dawk li jitfgħu l-offerti jridu jipprovdu prova ta' dħul annwali medju ta' EUR 3 200 000 għall-1 lott u ta' EUR 1 200 000 għat-2 lott. Jekk dak li jitfa' l-offerta jissottometti offerta għaż-żewġ (2) lottijiet, id-dħul annwali medju kollu li għandu jkun meqjus hu ta' mill-inqas EUR 4 000 000.

III.1.3) Abbiltà teknika u professjonali

Kriterji tal-għażla kif jidhru fid-dokumenti tal-akkwist:   le

Lista u deskrizzjoni qasira ta' kriterji tal-għażla:

dak li jitfa' l-offerti għandu jipprovdi:

— il-kwalifiki edukazzjonali u professjonali (KK) tal-persunal ta' dak li jitfa' l-offerta, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom.

Il-mezzi ta' prova: dak li jitfa' l-offerta jrid jipprovdi KK għal kull profil, li jikkonferma d-diplomi miksuba (kopja li għandha tkun inkluża), il-livell ta' studju mwettaq u l-esperjenza professjonali.

Għandu jkun inkluż ukoll ċertifikat li juri l-ogħla livell tal-lingwa miksub,

— lista tas-servizzi ewlenin mogħtija, kif ukoll is-servizzi addizzjonali mogħtija b'rabta mal-kuntratt (għall-1 lott: għajnuna teknika u konsulenza għat-twettiq ta' proġetti tal-bini, għat-2 lott: għajnuna teknika u pariri fit-twettiq ta' proġetti tal-bini suġġetti għall-qafas regolatorju nukleari) matul dawn l-aħħar 3 snin, inkluż dettalji tal-ammonti, id-dati u d-dettalji tal-kuntratt tar-riċevituri pubbliċi jew privati,

— ċertifikazzjoni fl-immaniġġjar tal-kwalità (e.g. ISO 9001 jew ekwivalenti) jew, jekk dak li jitfa' l-offerta ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien stabbilit, provi oħra ta' miżuri ekwivalenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità meħuda minnu stess.

Livell(i) minimu/i tal-istandards possibbilment meħtieġa:

biex jintgħażlu, dawk li jitfgħu l-offerti jridu jagħtu prova li huma għandhom il-persunal bil-profili li ġejjin:

(A) profili kemm għall-1 lott u kif ukoll għat-2 lott:

— perit jew inġinier (fil-livell ta' edukazzjoni ta' Maġisteru) b'10 snin ta' esperjenza għall-profil it-'tmexxija ta' proġett fil-qasam tal-arkitettura jew l-inġinerija tal-bini',

— perit (fil-livell ta' edukazzjoni ta' Maġisteru) b'5 snin ta' esperjenza fid-disinn u s-sorveljanza ta' xogħlijiet tal-binjiet ta' uffiċċji,

— inġinier għas-servizzi tal-bini (fil-livell ta' edukazzjoni ta' Maġisteru) b'mill-inqas 5 snin ta' esperjenza f'dan il-qasam,

— servejer tal-kwantità (fil-livell ta' edukazzjoni ta' Maġisteru: inġinier, perit, servejer jew kwalifika ekwivalenti fil-qasam tal-kostruzzjoni jew l-inġinerija ċivili) b'mill-inqas 5 snin ta' esperjenza fl-immaniġġjar tal-ispejjeż, il-ħin tal-kostruzzjoni u l-kwalità fir-rigward tal-bini, l-inġinerija ċivili u l-proġetti ta' rinnovazzjoni, u rreġistrat mal-unjin tas-servejers tal-kwantità tal-Belġju (UBQS), il-Kumitat Ewropew tal-Ekonomisti tal-Kostruzzjoni (CEEC) jew ekwivalenti;

(B) profili speċifiċi għall-1 lott:

— programmatur (b'livell ta' edukazzjoni ta' Maġisteru: perit jew inġinier tal-bini, jew kwalifika ekwivalenti fil-qasam tal-kostruzzjoni jew l-inġinerija ċivili), iċċertifikat u/jew ikkwalifikat fl-ipprogrammar. Mill-inqas 5 snin esperjenza f'dan il-qasam,

— maniġer tal-BIM (inġinier jew perit edukat fil-livell ta' Maġisteru) b'mill-inqas 5 snin ta' esperjenza fl-immaniġġjar ta' proġetti tal-bini u sentejn (2) bħala maniġer tal-BIM;

(Ċ) profili speċifiċi għat-2 lott:

— inġinier elettriku speċjalizzat fl-elettriku b'vultaġġ għoli, b'5 snin ta' esperjenza professjonali fit-twettiq ta' proġetti b'vultaġġ għoli u t-tfassil ta' impjanti għad-distribuzzjoni tal-enerġija u esperjenza professjonali ta' sena 1 fil-qasam nukleari. Għarfien tajjeb tal-VOB (Vergabe und Vertragsordnung für Bauleistungen – il-linji gwida legali Ġermaniżi għall-kostruzzjoni) u l-HOAI (Honorars Ordnung für Ingenieure und Architekten – il-linji gwida legali Ġermaniżi li jwaqqfu l-livelli tal-miżati differenti). Għandu ħakma tajba fil-Ġermaniż — mill-inqas livell Ċ1, iċċertifikat,

— inġinier elettriku fl-awtomazzjoni u l-komunikazzjonijiet b'5 snin ta' esperjenza professjonali fis-servizzi tal-bini u fit-twettiq ta' proġetti tal-komunikazzjonijiet u l-awtomazzjoni, inkluż sena 1 fis-settur nukleari. Għarfien tajjeb tal-VOB u l-HOAI. Għandu ħakma tajba fil-Ġermaniż — mill-inqas livell Ċ1, iċċertifikat,

— inġinier tal-proċess għat-teknoloġija tal-ventilazzjoni b'5 snin ta' esperjenza professjonali fis-servizzi tal-bini u fit-twettiq ta' proġetti tal-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni u l-kontroll tat-temperatura, inkluż sena 1 fis-settur nukleari. Għarfien tajjeb tal-VOB u l-HOAI. Għandu ħakma tajba fil-Ġermaniż — mill-inqas livell Ċ1, iċċertifikat,

— inġinier tal-proċess speċjalizzat fit-teknoloġija għall-kontroll tal-ventilazzjoni, b'5 snin ta' esperjenza professjonali fis-servizzi tal-bini u fit-twettiq ta' teknoloġija tal-awtomazzjoni u l-bini ta' proġetti tal-awtomazzjoni inkluż sena 1 fis-settur nukleari. Għarfien tajjeb tas-sistemi Siemens WinCC, Siemens PCS7 u Siemens ProTool. Għandu ħakma tajba fil-Ġermaniż — mill-inqas livell Ċ1, iċċertifikat.

Biex jintgħażlu, dawk li jitfgħu l-offerti għandu jkollhom il-ħila li jagħtu prova:

għall-1 lott:

— mill-inqas 3 xogħlijiet fuq proġetti tal-bini kull wieħed b'valur li jaqbeż l-EUR 10 000 000,

— mill-inqas 3 xogħlijiet fuq proġetti tal-bini kull wieħed b'valur ta' bejn EUR 1 000 000 u EUR 10 000 000;

għat-2 lott:

— mill-inqas 3 xogħlijiet fuq proġetti tal-bini suġġetti għall-qafas regolatorju nukleari, kull wieħed b'valur li jaqbeż l-EUR 10 000 000,

— mill-inqas 3 xogħlijiet fuq proġetti tal-bini suġġetti għall-qafas regolatorju nukleari, kull wieħed b'valur ta' bejn EUR 1 000 000 u EUR 10 000 000,

III.1.5 Informazzjoni dwar kuntratti riżervati

Il-kuntratt huwa riżervat għal ħwienet tax-xogħol għal persuni b'diżabbiltà u għal operaturi ekonomiċi li għandhom fil-mira l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta' persuni b'diżabbiltà jew żvantaġġjati:   le

L-eżekuzzjoni tal-kuntratt hija ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti:   le

III.2) Il-kondizzjonijiet relatati mal-kuntratt

III.2.1) Informazzjoni dwar professjoni partikolari

L-eżekuzzjoni tas-servizz hija riżervata għal professjoni partikolari:   -

Referenza għal-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva rilevanti:   -

III.2.2) Kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt

-

III.2.2) Informazzjoni dwar il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kuntratt

Obbligazzjoni li jkunu indikati l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal maħtur biex iwettaq il-kuntratt:   le

Taqsima IV: Proċedura

IV.1) Deskrizzjoni

IV.1.1) Tip ta’ proċedura

Proċedura miftuħa

IV.1.3) Informazzjoni dwar ftehim qafas jew sistema dinamika ta' xiri

Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ qafas ta' ftehim:   iva

Ftehim qafas b’diversi operaturi:   iva

L-għadd massimu mistenni ta' parteċipanti fil-qafas ta' ftehim:   3

Fil-każ ta' ftehimiet qafas – ġustifikazzjoni għal kull tul ta' żmien li jaqbeż l-erba’ snin:   -

Il-ksib jinvolvi t-twaqqif ta’ sistema dinamika tax-xiri:   le

Is-sistema dinamika ta' xiri tista' tintuża minn xerrejja addizzjonali:   le

IV.1.4) Informazzjoni dwar tnaqqis fl-għadd ta’ soluzzjonijiet jew offerti matul in-negozjati jew id-djalogu

Rikors għal proċedura fi stadji sabiex jitnaqqas gradwalment l-għadd ta’ soluzzjonijiet li għandhom jiġu diskussi jew l-għadd ta’ offerti li għandhom jiġu nnegozjati:   le

IV.1.5) Informazzjoni dwar in-negozjazzjoni

L-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tagħti l-kuntratt fuq il-bażi tal-offerti tal-bidu mingħajr ma tidħol f'negozjati:   le

IV.1.6) Informazzjoni dwar irkant elettroniku

Ser jintuża rkant elettroniku:   le

Informazzjoni addizzjonali dwar irkant elettroniku:   -

IV.1.8) Informazzjoni dwar il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA)

L-akkwist huwa kopert mill-GPA:   iva

IV.2) Informazzjoni amministrattiva

IV.2.1) Pubblikazzjoni preċedenti dwar din il-proċedura

Numru tal-avviż fil-ĠU S:   -

IV.2.2) Limitu ta’ żmien għall-wasla tal-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni

Data:   16-10-2017

Ħin lokali:   17:30

IV.2.3) Id-data maħsuba għad-dispaċċ tal-istediniet għall-offerti jew għas-sehem lil kandidati magħżula

-

IV.2.4) Lingwi li bihom jistgħu jkunu sottomessi l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni

BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, GA, HR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV

IV.2.6) Perjodu ta' żmien minimu li matulu l-offerent għandu jżomm l-offerta

Tul ta' żmien f’xhur:   6

IV.2.7) Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-offerti

Data:   20-10-2017

Ħin lokali:   10:00

Post:   Office pour les infrastructures et la logistique — Bruxelles (OIB), bâtiment CSM1, Cours Saint-Michel 23 (entrée côté rue Père de Deken), 1040 Bruxelles, IL-BELĠJU.

Informazzjoni dwar persuni awtorizzati u l-proċedura tal-ftuħ:   Għall-ftuħ tal-offerti jista' jattendi rappreżentant 1 awtorizzat b'mod xieraq għal kull min jitfa' l-offerti (għandu jiġi ppreżentat passaport jew karta tal-identità). Jekk dawk li jitfgħu l-offerti jixtiequ jattendu għandhom jgħarrfu lit-Taqsima OIB.02.002 Il-Ksib Pubbliku, bil-miktub (ara d-dettalji tal-indirizz imniżżla fil-punt I.1), mhux aktar tard minn jumejn (2) tax-xogħol qabel is-seduta tal-ftuħ.

Taqsima VI: Informazzjoni kumplimentari

VI.1) Informazzjoni dwar rikorrenza

Dan huwa akkwist rikorrenti:   iva

Żmien stmat biex jiġu ppubblikati aktar avviżi:   36 xahar wara l-għoti.

VI.2) Informazzjoni dwar flussi ta' xogħol elettroniċi

Se jintużaw ordnijiet elettroniċi:   le

Se jkun aċċettat il-ħruġ ta' fatturi elettroniċi:   le

Se jintużaw pagamenti elettroniċi:   le

VI.3) Informazzjoni addizzjonali

1) L-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti addizzjonali (inklużi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet) jistgħu jitniżżlu mill-indirizz tal-Internet li ġej: https://etendering.ted.europa.eu/cft/cft-display.html?cftId=2829 Il-partijiet interessati huma mistiedna biex jirreġistraw permezz tal-websajt. Wara dan huma jkunu nnotifikati mis-sistema ta' ksib pubbliku onlajn dwar xi aġġornamenti disponibbli għal din l-istedina għall-offerti. Dawk il-partijiet li ma jkunux irreġistrati fuq is-sit huma mitluba biex jikkonsultawh regolarment. Il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli jekk dawk li jitfgħu l-offerti jonqsu milli jagħtu kas ta' xi tagħrif addizzjonali mogħti dwar din l-istedina għall-offerti fuq dan is-sit tal-Internet.

Is-sit tal-Internet se jkun aġġornat b'mod regolari; dawk li jitfgħu l-offerti huma responsabbli biex jaraw jekk ikunx hemm xi aġġornamenti u modifikazzjonijiet matul il-perijodu tat-tfigħ tal-offerti.

Aktar informazzjoni dwar it-termini tal-kuntratt, it-tiġdid ta' kuntratti, il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-inqas l-livelli ta' ħila li huma meħtieġa, l-istima tal-volum sħiħ tal-kuntratt, eċċ. jistgħu jinsabu fl-ispeċifikazzjonijiet disponibbli fis-sit tal-Internet imsemmi qabel. Mhijiex se tinħareġ verżjoni stampata. Wara li kien iċċertifikat skont l-'EMAS' mill-2005 'il quddiem, l-OIB jieħu passi favur l-ambjent. L-EMAS hija l-iskema tat-tmexxija u l-verifika ekoloġika, l-istrument volontarju tal-UE li jintuża minn organizzazzjonijiet biex itejjeb it-twettiq ambjentali tagħhom.

2) Il-qafas ta' ftehim se jdum għaddej għal tul ta' żmien tal-bidu ta' sentejn (24 xahar) mid-data tad-dħul fis-seħħ u jista' jiġġedded darbtejn bi ftehim taċitu, kull darba għal perijodu addizzjonali ta' sena 1 (12-il xahar), i.e. tul ta' żmien massimu ta' 4 snin (= 2+1+1).

3) Matul it-3 snin wara li jintemm il-kuntratt tal-bidu, l-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt se tkun tista' tuża l-proċedura nnegozjata, mingħajr ma jkun ippubblikat minn qabel l-avviż dwar il-kuntratt, għal servizzi ġodda li jinkludu r-ripetizzjoni ta' servizzi tal-istess tip li ngħataw lill-entità li tkun ingħatat dan il-kuntratt mill-awtorità li qiegħda toħroġ il-kuntratt.

4) Għal aktar tagħrif fuq is-sehem fl-istediniet għall-offerti u fuq is-sekwenza tal-proċeduri għall-ksib pubbliku fl-OIB, jekk jogħġbok ikkonsulta l-'Gwida għal dawk li jitfgħu l-offerti' u l-fuljett 'In-negozju mal-Kummissjoni Ewropea', li huwa aċċessibbli permezz tas-sit: http://ec.europa.eu/oib/procurement_fr.cfm

VI.4) Proċeduri ta' analiżi mill-ġdid

VI.4.1) Korp responsabbli għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid

Isem uffiċjali
Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea
Indirizz postali
rue du Fort Niedergrünewald
Belt
Lussemburgu
Kodiċi postali
2925
Pajjiż
LUXEMBOURG
Telefown
+352 43031
Posta elettronika
[email protected]
Faks
+352 43032100
Indirizz tal-Internet
http://curia.europa.eu

VI.4.2) Korp responsabbli għall-proċeduri ta’ medjazzjoni

Isem uffiċjali
-
Indirizz postali
-
Belt
-
Kodiċi postali
-
Pajjiż
-
Telefown
-
Posta elettronika
-
Faks
-
Indirizz tal-Internet
-

VI.4.3) Proċedura ta' analiżi mill-ġdid

Informazzjoni preċiża dwar id-data/i tal-għeluq għall-proċeduri ta' analiżi mill-ġdid:   fi żmien xahrejn (2) mill-avviż li jintbagħat lil min qiegħed iressaq l-appell jew, fin-nuqqas ta' dan, mid-data li fiha sar jaf b'dan. It-tressiq ta' lment quddiem l-Ombudsman Ewropew la jissospendi dan il-perijodu, lanqas jiftaħ perijodu ġdid għat-tressiq tal-appelli.

VI.4.4) Servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-proċedura ta' analiżi mill-ġdid

Isem uffiċjali
-
Indirizz postali
-
Belt
-
Kodiċi postali
-
Pajjiż
-
Telefown
-
Posta elettronika
-
Faks
-
Indirizz tal-Internet
-

VI.4.5) Data ta' meta ntbagħat dan l-avviż

08-08-2017